Raġel ta’ 25 sena residenti Ħal Għaxaq sofra xi ġrieħi fosthom f’idu wara li għall-ħabta tal-10.45 am inqabad bejn tow truck u ħajt f’Wied il-Għajn.
Jirriżulta li r-raġel kien se jiġbor karozza minn garaxx hekk kif seħħ l-inċident.
Fuq il-post marru Uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili biex jaqilgħu lir-raġel mill-post fejn kien maqbud, kif ukoll tim b’ambulanza li taw l-ewwel għajnuna. Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Kelliem għall-pulizija qal lil dan is-sit li għalhekk il-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa ma jidhirx li se jkun fil-periklu tal-mewt.
Il-Pulizija qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.
Aktar kmieni: Persuna maqbuda bejn tow truck u ħajt f’Wied il-Għajn
Bħalissa uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili għaddejjin b’operazzjoni biex tinħareġ persuna li nqabdet bejn tow truck u ħajt f’Wied il-Għajn.
Kelliem għall-Pulizija filwaqt li kkonferma l-każ qal li huma ġew informati għall-ħabta tal-10.45.
Fuq il-post ukoll hemm tim mediku b’ambulanza u anke uffiċjali tal-Pulizija.