Saturday, November 23, 2024

Persuna mejta u tnax nieqsa wara splużjoni fi blokka appartamenti f’Jersey

Aqra wkoll

Minn tal-inqas persuna waħda mietet wara splużjoni fi blokk ta’ appartamenti f’St Helier, f’Jersey.

Madwar 12-il persuna huma maħsuba neqsa, u żewġ persuna oħra midruba qed jingħataw kura fl-isptar.

Is-servizzi ta’ emerġenza waslu fuq il-post f’Haut du Mont, Pier Road, fil-kapitali fis-sigħat bikrin tas-Sibt.

Robin Smith, l-uffiċjal kap tal-pulizija tal-Istati ta’ Jersey, qal li l-pumpiera kienu ġew msejjħa fiż-żona l-lejl ta’ qabel wara li r-residenti rrappurtaw riħa ta’ gass.

Ix-xena tal-isplużjoni ġiet deskritta bħala waħda devastanti u li jista’ jkun hemm aktar imwiet.

Bi blokka minnhom, ta’ tliet sulari li waqat għal kollox ġiet deskritta li waqgħet “qisha pancake” ċatta mal-art, qalb it-tifrik.

Infatti qed ikun diffiċli li jiġi evalwat sew in-numru ta’ persuni nieqsa minħabba l-istat tal-bini.

Sport