Saturday, December 28, 2024

Persuna mistennija titressaq il-Qorti b’rabta mal-qtil involontarju ta’ Marie Claire

Aqra wkoll

Minn hawn u ftit tal-ħin ieħor, għall-ħabta tal-10:45 a.m., persuna mistennija titressaq il-Qorti b’rabta ma’ inċident li seħħ fit-22 t’Ottubru li għadda fejn mara ta’ 45 sena tilfet ħajjitha wara li waqgħet bil-mutur kawża ta’ materjal li jiżloq fit-triq.

L-inċident seħħ fi Triq l-Imdina direzzjoni lejn Buqana fir-Rabat Malta.

Il-persuna suspettata ġiet identifikata fl-aħħar sigħat bis-saħħa ta’ investigazzjonijiet intensivi mill-Pulizija.

Il-każ se jinstema’ quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo, u l-imsemmija persuna se tkun akkużata b’omiċidju involontarju, fost oħrajn.

Il-Pulizija tixtieq tirringrazzja lill-pubbliku għall-għajnuna tiegħu.

Ekonomija

Sport