Saturday, December 13, 2025

Persuna oħra arrestata b’rabta ma’ traffikar tad-droga

Aqra wkoll

Wara li fis-7 ta’ Novembru kienu ġew arrestati żewġt irġiel u mara, li allegatament kienu qegħdin joperaw ċirku ta’ traffikar tad-droga, komplew l-investigazzjonijiet tal-Pulizija biex jiġu identifikati aktar suspettati li jagħmlu parti minn dan iċ-ċirku.

Dawn l-investigazzjonijiet wasslu biex kmieni dalgħodu ġie arrestat raġel ta’ 29 sena residenti l-Gżira. Wara osservazzjoni fuq il-movimenti tiegħu, fejn il-Pulizija nnutawh jagħmel kuntatt ma’ persuna oħra, il-Pulizija waqfitu max-Xatt ta’ Ta’ Xbiex

Saret tfittxija fuqu fejn instabu madwar 40 qartas b’sustanza suspettata kokaina u anke sustanza suspettata raża tal-kannabis. Saret ukoll tfittxija fir-residenza tiegħu fejn ġiet elevata borza b’aktar sustanza suspettata kokaina u oġġetti oħra relatati mal-produzzjoni ta’ sustanzi llegali.

Il-valur tad-droga misjuba tlaħħaq madwar €5,000.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport