Sunday, February 22, 2026

Persuna tidaħħal l-Isptar wara ttajret minn mutur

Aqra wkoll

Persuna kellha tiddaħal l-Isptar Mater Dei wara li għall-ħabta tat-7.45am ittajret waqt li kienet mixja.

Kelliem għall-Pulizija qal lil dan is-sit li l-ewwel indikazzjonijiet huma li l-persuna ttajret minn mutur.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza biex jassistu lill-vittma.

L-inċident seħħ fi Mikiel Anton Vassalli fil-Kappara. It-triq tinsab magħluqa għat-traffiku filwaqt li l-Pulizija qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport