Tuesday, December 30, 2025

Persuna tinqabad bejn żewġ karozzi fil-kju għal vapur

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tas-1.30 am meta l-Pulizija ġew informati li kien seħħ inċident tat-traffiku fit-triq li tagħti għall-vapur ta’ Għawdex.

Jirriżulta li karozza li kienet fil-kju għal vapur imxiet weħidha bil-konsegwenza li rasset persuna ma’ karozza oħra. Fl-istess inċident intlaqtu żewġ vetturi oħrajn.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li ħadu lill-persuna l-Isptar. Għalkemm il-kundizzjoni tal-persuna s’issa għadha mhix magħrufa, kelliem għall-pulizija qalilna li hu eskluż li tinsab fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija għadhom qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport