Erbgħa u tletin persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi kontinwi li l-Pulizija qed tagħmel biex tassigura li ma jkunx hemm ġemgħat t’aktar minn erba’ persuni f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern.
Intant persuna nstabet tikser il-kwarantina obbligatorja fil-432 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa.