Monday, March 3, 2025

Persuna tmut wara li karozza baqgħet dieħla fin-nies f’Mannheim

Aqra wkoll

Persuna nqatlet u diversi oħra sfaw midruba wara li karozza baqgħet dieħla fin-nies fil-belt Ġermaniża ta’ Mannheim. Is-suspettat f’dan il-każ ġie arrestat, bil-Pulizija Ġermaniża għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.

Ritratti li ċċirkolaw fuq il-midja soċjali kienu juru preżenza qawwija tal-pulizija u anke servizzi ta’ emerġenza li ntbagħtu fuq il-post sabiex jassistu lill-midruba.
Stqarrija tal-Pulizija kienet tgħid li mill-ewwel informazzjoni jidher li l-karozza saqet fuq grupp ta’ persuni fiċ-ċentru ta’ din il-belt.

Xhieda fuq il-post li tkellmu mal-midja lokali taw deskrizzjoni tal-inċident li seħħ ftit waranofsinhar. Wieħed minnhom qal li kien ra persuni jiġru f’paniku wara li karozza laqtet lin-nies.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport