Sunday, July 27, 2025

PERSUNA TMUT WARA LI NTLAQTET MINN KAROZZA FIX-XATT TAL-BELT VALLETTA

Aqra wkoll

Ftit tal-ħin ilu, persuna tilfet ħajjitha wara li ntlaqtet minn karozza fix-Xatt tal-Belt Valletta.

L-inċident seħħ fl-inħawi magħrufa bħala Ta’ Liesse, fil-Belt Valletta – viċin il-moll tal-fast ferry.

Sfortunatament, il-mara tilfet ħajjitha hekk kif inqabdet taħt il-karozza.

Jidher din il-mara kienet flimkien mar-raġel tagħha, u kienu għadhom kif spiċċaw jistadu propju fejn il-moll tal-fast ferry, kif jagħmlu b’mod regolari.

Fuq il-post hemm diversi uffiċjali tal-Pulizija kif ukoll Membri tal-Protezzjoni Ċivili.

Aktar dettalji dalwaqt…

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport