Wednesday, November 27, 2024

Persuna trid tiskonta s-sentenza jew tħallas multi imposti qabel titħassar mill-e-courts

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru tkellem ukoll dwar l-idea politika u li min għandu jingħata t-tieni opportunità, min jagħmel żball, jingħata ċans jerġa’ jintegra. 

Huwa qal li tajjeb li persuna tkun inbidlet biex tkun tista’ taħdem din il-proċedura. Huwa fakkar li kien il-Ministru Owen Bonnici li daħħal din il-liġi li hu bla dubju jaqbel magħha għax dan huwa gvern li joffri wens lill-poplu. Huwa spjega li riedu jaraw li ma jkunx hemm abbuż minn din il-liġi. B’hekk persuna li tingħata sentenza sospiża, din is-sentenza ma tistax titneħħa mill-e-courts qabel jgħaddi l-perjodu. Lanqas tista’ titneħħa sentenza ta’ persuna li weħlet multa, u li tibqa’ ma tħallasx din il-multa. 

Iżda sostna li bniedem b’sentenza ta’ 15-il sena ilu ma jistax jibqa’ jġorr dak it-timbru miegħu sal-aħħar u jibqa’ jbati konsegwenzi li xxekklu milli jinbidel u jintegra.

Tkellem dwar il-każi ta’ profil għoli u li dawn jiġu rrappurtati fuq għadd ta’ portals online u li billi jitneħħew minn fuq l-e-courts, dawn se jibqgħu reġistrati online.

Zammit Lewis qal li bħala awtoritajiet għandhom joffru l-għajnuna biex persuni li kulma jkunu għamlu jkunu taw xhieda f’ġuri li jistgħu jsibu ruħhom fih għax jinzertaw fil-post il-ħażin u saħansitra jispiċċaw isibu diffikultà biex isibu impjieg.

“Jiena xogħli huwa li naqbeż għan-nies u dak li se nkunu qegħdin nagħmlu”, sostna Zammit Lewis filwaqt li sostna li din il-mozzjoni mressqa qiegħda topponi li persuna li tagħżel li tagħmel bidla f’ħajjitha, tingħata wens biex tagħmel dan.

Sostsna li kien hemm każi ta’ persuni li applikaw biex titneħħa s-sentenza tagħhom u ġew rifjutati minħabba li ma japplikawx skont il-linji gwida biex titħaddan din il-liġi.

Huwa sostna li dawn il-linji gwida huwa fl-interess tagħhom li jagħmlu bilanċ bejn id-dritt ta’ persuna u l-istigma li tibqa’ tinġarr minn persuni għal għomorhom b’konsegwenza għaliha u għal familja kollha.

Sport