Monday, December 23, 2024

Persuna waħda fl-ITU bil-Covid-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn total ta’ 3,249 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa ġew reġistrati 49 każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 54 persuna ddikjarati mfejqa fl-aħħar 24 siegħa. B’dan il-mod, il-każi attivi niżlu għal 636.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li hemm 32 pazjent li huma pożittivi u li bħalissa qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, hemm persun li tinsab fl-ITU.

It-total ta’ mwiet żdied għal 440 wara li fl-aħħar 24 siegħa anzjana ta’ 85 sena mietet waqt li kienu pożittivi għall-virus.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ ngħataw total ta’ 795,190 doża. Minn dawn 412,948 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 411,798 persuna huma mlaqqma kompletament.

Ekonomija

Sport