Sunday, December 22, 2024

Persuni bejn l-20 u d-29 sena kienu l-inqas nies milquta mill-qgħad f’Marzu li għadda

Aqra wkoll

L-għadd taʼ nies li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol fʼMarzu 2023 żdied bʼħames persuni meta mqabbel mal-istess xahar fl-2022.

Madanakollu, tajjeb li nsemmu illi n-numru taʼ persuni bʼdiżabilità li rreġistraw għax-xogħol naqas bi 22 persuna meta mqabbel ma’ Marzu tas-sena l-oħra. Kien hemm tnaqqis ukoll fil-livelli tar-reġistrar għax-xogħol fost in-nies fl-età taʼ bejn l-20 u 24 sena, u n-nies fl-età taʼ bejn il-25 u d-29 sena; il-kumplament tal-gruppi skont l-etajiet urew żieda fir-reġistrar għax-xogħol.

Impjiegi taʼ appoġġ klerikali kien ix-xogħol l-aktar imfittex minn dawk li kienu qegħdin jirreġistraw.

Dan skont informazzjoni li ġiet ippubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (l-NSO) dwar il-qgħad f’pajjiżna.

Ekonomija

Sport