Wednesday, July 24, 2024

Persuni b’mard rari għandhom jingħataw prijorità biex jitlaqqmu kontra l-Covid-19

Aqra wkoll

Persuni b’mard rari għandhom ikunu fost dawk mogħtijin prijorità biex jitlaqqmu kontra l-Covid-19. Qalet dan in-National Alliance for Rare Diseases Suppost Malta f’ittra indirizzata lill-Ministeru għas-Saħħa.

L-Alleanza tirrappreżenta lil 400 pazjent u lil awk li jieħdu ħsiebhom, li jsofru minn mard jew kundizzjoni medika rari, u li huma fost l-akar persuni vulnerabbli minħabba l-kundizzjoni medika rari li jbatu minnha.

Żiedet tgħid li l-biċċa l-kbira tal-membri tagħha ilhom f’lockdown mindu l-awtoritajiet tas-saħħa talbu lin-nies jibqgħu d-dar s-sena li għaddiet. Dan qed iwassal biex dawn il-persuni jispiċċaw aktar iżolati u vulnerabbli.

L-Alleanza tenniet li qed tipprovdi għajnuna psikoloġika u servizzi oħrajn lill-membri tagħha. Madankollu fl-istess waqt ħeġġet lill-Gvern biex jieħu inkunsiderazzjoni l-ħtiijiet ta’ dan il-grupp marġinalizzat minħabba li jeħtieġu li jieħdu l-vaċċin flimkien ma’ gruppi vulnerabbli oħrajn.

Ekonomija

Sport