Persuni li kienu fil-kumpless tax-xiri Daniels fil-Ħamrun kellhom jiġu evakwati wara dak li aktarx kien ħruġ ta’ gass minn refriġeratur. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.00 p.m.
Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili, pulizija, u tim mediku mill-Isptar Mater Dei.
Persuna ttieħdet l-isptar wara li ngħatat l-ewwel għajnuna mit-tim mediku.
Il-kundizzjoni medika tal-persuna f’dan l-istadju għadha mhix magħrufa.