Saturday, December 21, 2024

Il-persuni infettati bil-Covid-19 joqrob il-miljun, bl-imwiet jirduppjaw fi żmien ġimgħa

Aqra wkoll

L-infezzjonijiet kaġun tal-virus Covid-19 qed joqorbu l-miljun każ. Dan wara “żieda esponenzjali” li ra l-każi madwar id-dinja aktar minn jirduppjaw fi żmien ġimgħa.

Il-Kap tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, Tedros Adhanom Ghebreyesus, wissa dwar dan in-numru ta’ każi hekk kif il-virus infirex fi kwazi kull pajjiż madwar id-dinja.

“Hekk kif nidħlu fir-raba’ xahar mindu nbdiet il-pandemija tal-Covid-19, ninsab imħasseb ħafna dwar l-eskalazzjoni mgħaġġla u l-imxija tal-infezzjoni madwar id-dinja,” saħaq Ghebreyesus.

Tenna li matul dawn l-aħħar ħames ġimgħat id-dinja assistiet għal żieda esponenzjali fin-numru ta’ każi ġodda, bl-imwiet kaġun tal-virus aktar minn jirdoppjaw matul l-aħħar ġimgħa.

“Fil-jiem li ġejjin se nilħqu l-miljun persuna infettata u l-50,000 fatalità,” huwa żied jgħid.

Mappa interattiva: “Johns Hopkins University”

Sa kmieni dalgħodu n-numru tal-każi kienu jammontaw għal 936,000, b’aktar minn 47,000 persuna jmutu kaġun tal-infezzjoni.

Matul il-jum tal-bieraħ il-President Amerikan Donald Trump wissa dwar “jiem diffiċli” għall-Istati Uniti. Huwa għal darb’oħra tefa’ dubju dwar kemm iċ-Ċina qed tirrapporta l-każi kollha ta’ infezzjonijiet.

Ekonomija

Sport