Friday, November 15, 2024

Persuni jingħataw kura minħabba dħaħen f’komun t’appartamenti fir-Rabat

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kellhom jissejħu biex jikkontrollaw dħaħen f’appartamenti fi Triq il-Kbira r-Rabat.

Minn stħarriġ illi kiseb dan is-sit jidher li l-Pulizija kienu infurmati għall-ħabta tas-6:45 p.m li fl-appartamenti msemmija kien hemm dħaħen u li possibbilment seta’ kien hemm xi persuni.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li taw l-ewwel assistenza lil xi persuni li laħqu belgħu xi dħaħen. Jidher li fortunatament il-persuni ma sofrewx ġrieħi serji għalkemm fuq il-post għadha qiegħda tingħata l-assistenza medika.

Il-pumpiera għadhom għaddejjin b’ħidma biex jiffumigaw il-post u t-triq tinsab temporanjament magħluqa għat-traffiku.

Ekonomija

Sport