Saturday, November 23, 2024

Persuni jitressqu l-Qorti dalgħodu

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tal-11:00 a.m, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo, il-Pulizija ser tressaq diversi persuni l-Qorti.

Mara ta’ 40 sena, residenti l-Imsida ser titressaq il-Qorti mill-Pulizija tad-Distrett akkużata b’theddid u biża’ b’permezz ta’ arma (airsoft) fuq xufier ta’ taxi, fost oħrajn.

L-Iskwadra ta’ Kontra l-Vizzju tad-Droga ser tkun qed tressaq il-Qorti raġel ta’ 21 sena mill-Għana, residenti l-Marsa, wara li nqabad b’ammont ta’ ħaxixa tal-cannabis fil- pussess tiegħu fi Ġnien Belvedere u fir-residenza fejn joqgħod fil-Marsa stess.

Sport