Numru ta’ persuni kellhom jiddaħħlu l-Isptar wara li għall-ħabta tas-7:00 p.m kienu involuti f’inċident tat-traffiku.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kienet seħħet ħabta frontali bejn żewġ karozzi fi Triq Ħal Far iż-Żurrieq.
Fil-post issejħu timijiet mediċi u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li taw l-assistenza tagħhom sakemm xi persuni kellhom jittieħdu l-Isptar permezz ta’ ambulanzi. S’issa għadu mhux magħruf kemm kien hemm persuni involuti u l-kundizzjoni tagħhom għadha pendenti.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.