Saturday, February 8, 2025

Persuni l-isptar wara li nqalbu bil-karozza u waqgħu sular u nofs f’Marsalforn

Aqra wkoll

Żewġ persuni bħalissa qegħdin jiddaħlu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li ftit tal-ħin ilu (għall-ħabta tal-9.50pm) inqalbu bil-karozza u waqgħu madwar sular u nofs.

L-inċident seħħ fi Triq ta’ Marsalforn fejn kellhom jissejħu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili biex il-persuni jinħarġu mill-vettura.

Sorsi qrib il-korp tal-Pulizija qalulna li l-persuni huma ta’ nazzjonalità Serba u kien b’miraklu li nħarġu ħajjin mill-vettura.

Huma ttieħdu l-Isptar b’ambulanza, u l-kundizzjoni tagħhom s’issa għadha mhix magħrufa.

Il-pulizija mill-Għassa tar-Rabat qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport