Saturday, December 21, 2024

Persuni li qagħdu fl-istess kamra mal-persuna li rriżultat pożittiva għall-Covid-19, jirriżultaw negattivi wara swab tests

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa niedew proċeduri ta’ contact tracing wara li ġie stabbilit li l-każ reġistrat illum ta’ Covid-19 attenda party ta’ jumejn matul tmiem il-ġimgħa.

Il-party żvolġa fir-Radisson Blu Resort f’San Ġiljan, u l-lukanda kkonfermat li l-istaff kollu għamel testijiet bil-binja tal-lukanda nfisha tiġi diżinfettata wara l-avveniment.

Kull min kien fil-kamra mal-persuna li rriżultat pożittiva għamlu swab tests ukoll, madankollu lkoll kemm huma rriżultaw negattivi.

Intant L-Awtoritajiet għas-Saħħa Pubblika rrakkomandaw lil dawk kollha li attendew dan l-avveniment biex jagħmlu swab test għall-COVID-19. Minħabba li s-sintomi jistgħu joħorġu sa 14-il ġurnata wara li jkun sar kuntatt mal-virus, huwa importanti li dawk kollha li attendew jagħtu aktar kas għal xi sintomi anke ħfief li jista’ jkollhom matul il-ħmistax li ġejjin.

Ekonomija

Sport