Friday, January 23, 2026

Persuni nieqsa waqt maltempati severi fi New Zealand

Aqra wkoll

Ħaddiema tas-servizzi ta’ emerġenza fi New Zealand għaddejjin bit-tfittxija għal diversi persuni li għadhom irrapportati nieqsa, inkluż tifla ċkejkna, wara li valanga laqtet kamp turistiku waqt maltempati qawwija li kkawżaw ħsarat mifruxa fit-Tramuntana tal-pajjiż.

Il-maltmpati kkawżaw ħsarat kbar tant li ministru tal-emerġenza Mark Mitchell ddeskrieva partijiet mill-kosta tal-lvant bħala li kienet “żona ta’ gwerra”, b’mijiet ta’ ħelikopters jittajru biex isalvaw familji sħaħ li kienu jistkennu fuq il-bjut.

Stati lokali ta’ emerġenza ġew iddikjarati f’ħames reġjuni madwar Northland u l-East Cape minħabba jiem ta’ xita torrenzjali rekord. Il-valanga seħħ nhar il-Ħamis filgħodu f’kamp fil-post turistiku tal-Muntanja Maunganui fuq il-kosta tal-lvant. 

Kelliem għall-iskwadri tat-tifi tan-Nar u l-Emerġenza ta’ New Zealand, William Pike, qal li l-ewwel nies li waslu fuq il-post semgħu sejħiet u għajjat għall-għajnuna saħansitra minn taħt il-valanga.

Xhieda qalu lill-aġenziji tal-aħbarijiet lokali li semgħu ħoss qawwi ħafna qabel ma raw biċċa kbira mill-għolja tinżel fuq il-kamp. Filmati li ċċirkolaw urew vannijiet tal-ikkampjar maqlubin u siġar imqaċċtin kif ukoll ta’ djar mgħarrqa, art agrikola u ċentri komunitarji u toroq maqtugħin minn xulxin minn valangi ta’ ġebel u tajn, u qed jitfaċċaw stejjer tal-biża’ u salvataġġi inkredibbli.

Fuq Tauranga – l-eqreb belt lejn il-Muntanja Maunganui – niżlet 295 millimetri ta’ xita fit-30 siegħa, qabel ma seħħet il-valanga għall-ħabta tad-9.30 a.m.

Il-popolazzjoni ta’ Maunganui tiżdied matul is-sajf minn nies li jżuru l-bajjiet sbieħ taż-żona u jiffullaw fuqhom. Il-muntanja tattira għexieren ta’ eluf ta’ viżitaturi matul l-istess perjodu.

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Emerġenzi qalet li x-xita qed tinżel bħalissa fuq art li diġà hija mifqugħa, li jfisser li impatti bħal siġar imwaqqa’, valangi ta’ tajn u ġebel, għargħar u kundizzjonijiet perikolużi tax-xmajjar huma aktar probabbli.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport