Illum, għall-ħabta tas-7:00 p.m, il-Pulizija ser tressaq diversi persuni l-Qorti, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima.
Huma se jkunu akkużati b’rabta ma’ allegat tixrid ta’ materjal estremista.
Dawn il-persuni kienu arrestati kmieni lbieraħ filgħodu f’ħidma koordinata bejn diversi taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija, flimkien ma’ entitajiet oħra, inkluż il-Europol.