Sunday, December 22, 2024

“Persważi li ser tkun eċċellenti daqskemm kienet erba’ snin ilu”

Bjorn Formosa b'messaġġ t'awgurju lil Emma Muscat

Aqra wkoll

Bjorn Formosa, li żgur m’għandu bżonn l-ebda introduzzjoni mal-Maltin u l-Għawdxin, iktar kmieni dalgħodu wassal messaġġ t’awgurju lill-ambaxxatriċi Maltija Emma Muscat li bħalissa qed tirrappreżentana f’Turin u li llejla se tkun waħda mill-parteċipanti tat-tieni semifinali fil-Eurovision. 

“Nixtieq nawgurawlek għal dak kollu li ksibt fil-karriera tiegħek u li għad trid tikseb … Persważi li ser tkun eċċellenti daqskemm kienet erba’ snin ilu u aktar”, kiteb Bjorn.

Huwa fakkar episodju li seħħ erba’ snin ilu meta Emma waslet lura mill-Italja u aċċettat li tkanta f’gala dinner li kien preżenti għalih Bjorn. Bjorn iddeskriva lill-kantanta bħala persuna li “Minn dejjem rat kif għamlet u ssapportjat lili u l-ALS Malta”.

Ekonomija

Sport