Perugia xeħtu protest quddiem il-Federazzjoni Taljan FIGC sabiex imorru lura fis-serie B Taljana u jħallu barra lil Lecco.
Dawn tal-aħħar m’għandhomx kollox regolari sabiex jipparteċipaw fit-tieni kategorija tal-futbol Taljan u għalhekk it-tim mir-reġjun ta’ Umbria qed jitolbu li jieħdulhom posthom.
Huma spiċċaw it-tielet mill-aħħar fis-Serie B fl-istaġun li għadda u għalhekk ġew awtomatikament relegati. Mill-banda l-oħra, Lecco temmew fit-tielet post tas-serie C u għalhekk ġew promossi.
Il-FIGC qed jevalwaw kull għażla possibbli.