Saturday, December 21, 2024

Pete Buttigieg bi rwol ċentrali fl-amministrazzjoni ta’ Joe Biden

Aqra wkoll

Il-President elett Joe Biden innomina lill-eks rival tiegħu Pete Buttigieg bħala segretarju għat-trasport. Dan hekk kif Biden qed ikompli bil-ħidma tiegħu qabel ma jidħol uffiċjalment fil-White House fil-ġimgħat li ġejjin.

Buttigieg se jkun ċentrali għall-amministrazzjoni ta’ Biden, li qed tippjana li tagħmel tibdil sinjifikanti fis-sistemi tat-trasportazzjoni bil-għan li jitnaqqsu l-emissjonijiet.

Buttigieg, ta’ 38 sena, se jkun ukoll l-ewwel persuna omoseswali li ddikjara dan fil-miftuħ li se jkun ikkonfermat mis-Senat għal rwol fil-Kabinet. L-eks-Sindku ta’ South Bend, Indiana, se jkun qed iżid dinamiċità żagħżugħa fl-amministrazzjoni l-ġdida li s’issa hija ddominata minn kapijiet b’għexieren ta’ snin ta’ esperjenza f’Washington.

F’kumment fuq twitter Biden qal li Buttigieg huwa patrijott u persuna li ssovi l-problemi li jirrappreżenta perfettament dak li aħna bħala pajjiż.”

Ekonomija

Sport