Peter Crouch ħeġġeġ lil Mohamed Salah biex jiffirma kuntratt ġdid fit-tul ma’ Liverpool u jsir leġġenda tal-club.
L-Eġizzjan għad fadallu ftit inqas minn sentejn fil-ftehim attwali tiegħu, u n-negozjati bejn iż-żewġ partijiet biex jestendu l-ftehim ta’ Salah għadhom ma laħqux stadju avvanzat.
Crouch, li skorja 108 goals fil-Premier League ma’ disa’ clubs differenti, stqarr li huwa huwa mħasseb dwar għaliex players bħal Luis Suarez u Fernando Torres jidhru li huma apprezzati aktar mill-partitarji tar-Reds, u jittama li l-player ta’ 29 sena jiffirma kuntratt ġdid mal-club fiż-żmien li ġej.
“Salah huwa fenomenu … għad hemm dak is-sentiment ta’ nuqqas ta’ apprezzament u ma nistax nifhem għaliex. Forsi huwa minħabba li l-goals li jsiksorja kull staġun saru n-norma,” qal Crouch.
“Qabblu lil Salah ma’ Fernando Torres u Luis Suarez għal mument. Huma miżmuma fi stima ogħla u meqjusa bħala aktar speċjali minn Salah mill-partitarji. Imma salah għandu rekord li jista’ jaqbiżhom faċilment.”
Salah sar l-iktar plejer veloċi ta’ Liverpool fl-istorja tal-club li laħaq il-100 goal fil-Premier League, meta sab ix-xibka għar-Reds fid-draw tagħhom ta’ 3-3 barra minn darhom kontra Brentford fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.