Il-president ta’ Lija Athletic, Peter Fenech, ġie approvat b’mod unanimu biex jippresiedi l-Kumitat Permanenti tal-Clubs tan-National Challenge League u jirrappreżenta lil dawn il-clubs fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Malta FA.
L-amministrazzjoni tal-club ta’ Lija awguratlu f’dan ir-rwol importanti ħafna favur il-progress tal-football lokali.