Waqt spezzjonijiet ta’ rutina li jsiru fuq passiġġieri li jkunu se jħallu l-pajjiż mill-uffiċjali tad-Dwana kontra l-ħasil ta’ flus u dawk mill-K9 unit, Peter; il-kelb mħarreġ f’din it-taqsima ta indikazzjoni ta’ sespett f’passiġġier fi triqtu lejn l-Istanbul.
Meta mistoqsi kemm kien qiegħed iġorr flus fuqu huwa wieġeb li kellu €5,000. L-uffiċjali ma kkonvinċewx ruħhom b’din ir-risposta u wara tfittxija li saret fl-affarijiet tiegħu rriżulta li kellu €16,540.
Il-passiġġer qabel li jirranġa l-affarijiet mingħajr ma jitressaq il-qorti u għalhekk kien immultat skont ma’ tgħid il-liġi dwar dan il-ksur.