Tuesday, December 24, 2024

Petizzjoni biex il-finali tat-Tazza tad-Dinja terġa’ tintlagħab

Aqra wkoll

Kważi 200,000 partitarju ffirmaw petizzjoni fejn qed jitolbu lill-FIFA biex il-finali tat-Tazza tad-Dinja bejn l-Arġentina u Franza terġa’ tintlagħab.

Il-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-Ħadd li għadda spiċċat b’mod drammatiku hekk kif l-Arġentina kisbu r-rebħa bl-għoti tal-penalties (4-2).

L-Arġentini daħlu jistrieħu fil-vantaġġ ta’ żewġ goals minn Lionel Messi u Angel Di Maria iżda Franza kisbu d-draw minn doppjetta ta’ Kylian Mbappe biex il-partita kellha tmur fil-ħin barrani. 

F’din in-nofs siegħa, Messi xeħet lit-team tiegħu fil-vantaġġ iżda Mbappe kiseb id-draw għat-team tiegħu … biex imbagħad l-Arġentini għollew it-Tazza wara l-għoti tal-pe­nalties. 

Il-partitarji Franċiżi qed isostnu li fit-tielet goal tal-Arġentina kien hemm illegalitá teknika meta żewġ players sostituti Arġentini daħlu fil-ground biex jiċċelebraw qabel ma Messi tefa’ l-ballun fix-xibka. 

Barra minn hekk huwa ġibdu l-attenzjoni li qabel il-goal ta’ Di Maria, Mbappe kien iffawljat u r-referee ħalla l-logħob għaddej filwaqt li l-penalty tal-Arġentina li bih fetħu l-iskor kien rigal meta l-kuntatt ta’ Ousmane Dembele fuq Di Maria kien wieħed mill-aktar minimu. 

Il-petizzjoni ġabret ftit inqas minn 200,000 u se tintbagħat lill-FIFA. 

Iżda, bla dubju, dan se jkun ħela ta’ ħin għall-Federaz­zjoni Dinjija minħabba li ma tistax tmur kontra d-deċiżjonijiet tat-terna arbitrali.  

Ekonomija

Sport