Thursday, April 25, 2024

Petizzjoni biex ssir id-dimostrazzjoni bil-Bambin lejliet il-Milied

Aqra wkoll

Hekk kif il-Milied qiegħed joqrob, numru ta’ persuni bdew petizzjoni online fejn fiha qed jitolbu biex din is-sena terġa’ ssir id-dimostrazzjoni bil-Bambin lejliet il-Milied, b’mod kawt u kkontrollat fid-dawl tal-vaċċinazzjoni kontra l-Covid-19.

Għal din il-petizzjoni li qed tiċċirkola fuq il-midja soċjali sa dalgħodu diġà kien hemm aktar minn 270 persuna li ffirmaw. 

F’messaġġ qasir li kitbu l-persuni li bdew din il-petizzjoni qalu li hekk kif il-Milied qed joqrob, għat-tieni sena konsekuttiva l-avvenimenti se jkunu ristretti minħabba l-pandemija tal-Covid-19, minkejja li f’Malta għandna rata għolja ta’ tilqim.

Innotaw kif waħda minn dawn l-avvenimenti hija proprju tradizzjoni li bdiet 100 sena ilu fl-1921 li hija proprju d-dimostrazzjoni fit-toroq bl-istatwa ta’ Ġesù Bambin. Din id-dimostrazzjoni tkun organizzata mis-Soċjetà tal-MUSEUM fi kważi l-ibliet u l-irħula kollha lejlet il-Milied.

Fid-dawl tal-fatt li madwar il-pajjiż qed jiġu organizzati avvenimenti bħal fun runs għall-karità u kunċerti, fost oħrajn, huma ħeġġew lill-awtoritajiet biex jikkunsidraw li din id-dimostrazzjoni tradizzjonali sseħħ b’mod kkontrollat, b’mod partikolari li din is-sena huwa l-100 anniversarju tagħha. 

Fl-aħħar jiem kienu bosta dawn il-persuni li staqsew għaliex hemm id-distinzjooni bejn attiivitajiet li qed isiru u dawk reliġjużi. 

Fost dawk li kkummentaw kien hemm l-Arċipriet Mario Mangion li staqsa dwar id-differenza bejn 100 persuna mexjin biex jiġbru l-flus għall-karità u 100 persuna mexjin wara xhieha ta’ Ġesù Bambin fil-Milied.  “Għaliex waħda iva u oħra le? Għaliex kulħadd jista’ jorganizza attività fuq barra u anke attivitajiet kontrollati u attività reliġjuża kontrollata ma tistax fil-beraħ?”

L-Arċipriet filwaqt li għamilha ċara li huwa jifhem li s-sitwazzjoni mhijiex waħda normali u nistgħu nkunu aħjar, qal li jippretendi li kulħadd ikun trattat l-istess.

Sport