Saturday, November 23, 2024

PG Group jagħti €30,000 f’vawċers lil żewġ għaqdiet

Aqra wkoll

Il-PG Group, li jmexxi l-istabbilimenti Pama u Pavi kif ukoll il-kumpless Zara, ta bi €30,000 f’vawċers lill-Fondazzjoni St. Jeanne Antide li tgħin persuni vulnerabbli u lill-Jesuit Refugee Services (JRS) li taħdem ma’ refuġjati u immigranti.

Il-Kap Eżekuttiv tal-PG plc Charles Borg ippreżenta l-vawċers lil Melanie Piscopo bħala l-amministratur finanzjarju tal-Fondazzjoni St. Jeanne Antide u lill-Avukat Katrine Camilleri li hija d-Direttur tal-JR fil-preżenza tad-Deputat Kap Eżekuttiv u taċ-Chief Purchasing Officer tal-PG Group, Malcolm Camilleri u Gianluca Borg rispettivament.

Iż-żewġ għaqdiet ingħataw bi €15,000 vawċers kull wieħed biex iqassmuhom lil dawk l-iktar fi bżonn ħalli jkunu jistgħu jixtru affarijiet essenzjali f’dan iż-żmien fejn il-Covid19 qed jolqot l-aktar lil min jiflaħ l-inqas.

Borg spjega kif hija fil-kultura tal-PG Group li tgħin lill-kommunita u fakkar kif is-sid tal-PG Group, Paul Gauci, ta b’€7 miljun f’ishma lil seba’ għaqdiet li huma d-Dar tal-Providenza, Caritas, il-Malta Trust Foundation, Puttinu Cares, Dar Bjorn, l-istituti tal-Ursolini u Fondazzjoni Sebħ.

F’dan iż-żmien tal-imxija l-PG Group ta b’madwar €100,000 f’kontribuzzjonijiet fosthom lill-imsemmijin żewġ għaqdiet. Minbarra fil-qasam soċjali, huwa jgħin ukoll fl-ambjent, il-kultura u s-saħħa.

Sport