L-istilla ta’ Manchester City Phil Foden tkellem ma’ rivista sportiva Ingliża fejn fiha deher il-lat uman tiegħu bħala plejer.
Il-plejer ta’ 22 sena qal li madwaru jara ħafna affarijiet li jistgħu jtellfuh speċjalment sħabu li joħorġu, jixxalaw u jdumu barra sa tard billejl. Hawnhekk hu jammetti li mhux dejjem faċli għalih li jidħol jorqod kmieni speċjalment fi tmiem il-ġimgħa.
Madankollu, skont Foden, il-passjoni għall-futbol hi kbira li lest jagħmel kull tip ta’ sagrifiċċju sabiex jirnexxi u aktar minn hekk li jkompli jżid fil-livell tiegħu.
Foden skorja 30 gowl f’110 partiti ma’ Manchester City.