L-atleta Philemon Kacheran ġie sospiż għal tliet snin talli ttestja pożittiv għal livelli eċċessivi ta’ testosterone. Ħabbret dan it-Taqsima tal-Integrità fl-Atletika (AIU). Kacheran huwa l-20 atleta Kenjan li ġie sospiż din is-sena.
Kacheran, ta’ 30 sena, li spiċċa l-ħames fil-maratona ta’ Berlin tal-2021 ġie inizjalment sospiż f’Lulju u tneħħa mit-tim nazzjonali tal-maratona tal-Kenja għal-Logħob tal-Commonwealth f’Birmingham.
Is-sospensjoni ta’ Kacheram waslet biss sitt ijiem wara li l-kompatrijott Lawrence Cherono, iċ-champion tal-maratona ta’ Chicago u Boston fl-2019, twaqqaf milli jikkompeti fil-kampjonati Dinji tal-atletika f’Oregon, wara li nstab pożittiv għal test tad-doping.