Ir-referee tal-FIFA Philip Farrugia ġie maħtur bħala uffiċjal tal-partita tal-UEFA Europa Conference League nhar il-Ħamis.
Farrugia, li se jkun assistit minn Alan Camilleri u Duncan Sultana bħala assistenti referees, se jikkontrolla l-partita minn Grupp A bejn Istanbul Basaksehir tat-Turkija u l-RFS tal-Latvja.
Il-logħba se tintlagħab fil-home ground ta’ Basaksehir – il-Fatih Terim Stadium, fis-6.45pm (ħin ta’ Malta).
Ishmael Barbara se jkun ukoll parti mill-kontinġent Malti bħala raba’ uffiċjal.
It-tim Tork bħalissa jinsab fil-quċċata tal-grupp b’seba’ punti wara tliet logħbiet filwaqt li t-tim mil-Latvja jinsab fil-qiegħ tal-klassifika b’żewġ punti biss.