Saturday, December 14, 2024

Philip Gatt ikkonfermat bħala president tal-Malta Blackball Federation

Aqra wkoll

Il-ġimgħa l-oħra, il-Federazzjoni Maltija tal-Blackball organizzat il-laqgħa ġenerali annwali tagħha fejn ġew diskussi ħafna suġġietti ta’ importanza kif ukoll ġie maħtur il-kumitat għat-terminu li jmiss.

Il-president Philip Gatt ġie kkonfermat fil-kariga, l-istess bħalma ngħataw il-fiduċja Robert Attard bħala teżorier, Michel Curmi bħala PRO u Teemor Mifsud bħala membru.

Mill-banda l-oħra, Adrian Camilleri ngħata rwol ġdid ta’ segretarju ġenerali b’Edmund Curmi li ngħaqad bħala membru ġdid tal-kumitat.

F’diskors tal-okkażjoni, Gatt irringrazzja lill-klabbs tal-fiduċja li wrew fih filwaqt li ħabbar investiment ta’ €16,000 fi tmien imwejjed li se jkunu qed jibbenefikaw bihom it-timijiet hekk kif se jiġi mislufa sabiex jiġu installati fil-klabbs tagħhom.

Gatt ħabbar ukoll li ġie ffirmat ftehim sabiex l-MBF ikunu r-rappreżentanti tal-imwejjed uffiċjali Blackball Tables filwaqt li ġie diskuss aktar fid-dettall il-kampjonat Ewropew li se jkun qed jintlagħab f’Malta f’Novembru li ġej.

Ekonomija

Sport