Sunday, November 24, 2024

“Philip” instab biż-żewġ saqajn ta’ quddiem miksurin… għada se jiġi operat

Aqra wkoll

Is-Santwarju tal-annimali AAA fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook qal li kien instab kelb biż-żewġ saqajn ta’ quddiem miksurin. Dan għadda għand is-santwarju hekk kif inġabar mill-Animal Walfare.

Il-kelb ingħata l-isem ta’ Philip.

Il-kelb jidher li għad għandu sitt xhur biss u diġà għadda minn ħafna hekk kif spiċċa f’din is-sitwazzjoni.

L-AAA tgħid li ttieħdu l-x rays li kien hemm bżonn u dawn għaddew għand il-vet imqabbad mis-santwarju. Ġie deċiż li għada filgħodu jiġi operat.

Is-sanwtarju jkompli jgħid li xebgħu jaraw klieb mormija barra fit-triq jew jirċievu telefonati mingħand l-annimal walfare biex jaraw jekk jistgħux iżommu aktar annimali. Ħafna persuni jċemplu ta’ kuljum għax ikunu sabu klieb mitluqin barra.

J’Alla, issa “Philip” tinrexxilu l-operazzjoni u jsib dar b’nies li jħobbuħ.

Sport