Saturday, September 14, 2024

Philippe Clement favorit li jkun kowċ ta’ Glasgow Rangers

Aqra wkoll

Wara li għaxart ijiem ilu neħħew lil Michael Baele minn kowċ, Glasgow Rangers qed ifittxu lil xi ħaddieħor sabiex imexxihom. F’dawn l-aħħar żewġ partiti li Rangers lagħbu kontra Aris fl-Europa League u kontra St Mirren fil-kampjonat, fuq il-bank kien hemm Steven Davis li bħalissa hu kowċ temporanju.

Sadanittant bosta ġurnali Skoċċiżi qed jispekulaw li se jkun Philippe Clement li jmexxi lit-tim għall-kumplament ta’ dan l-istaġun. Dan tal-aħħar kien jikkowċja ma’ Monaco għalkemm dan l-aħħar irċieva offerta mingħand Al Shabab mill-Arabja Sawdija. 

Ekonomija

Sport