Sunday, December 22, 2024

Philippe Coutinho fir-radar ta’ Newcastle United

Aqra wkoll

Newcastle United identifikaw lill-playmaker ta’ Barcelona Philippe Coutinho bħala l-ewwel akkwist potenzjali ta’ flus kbar li jixtiequ jagħmlu taħt il-tmexxija l-ġdida tagħhom mill-Arabja Sawdita.

Nhar il-Ħamis ġie kkonfermat li kien ġie ffinalizzat it-teħid tal-Magpies minn konsorżju mill-Għarabja Sawdita, li temmew esperjenza ta’ 14-il sena ta’ Mike Ashley bħala s-sid tal-club.

Il-konsorzju, immexxi mill-finanzjatur Amanda Staveley, huwa lest li jagħmel fondi sostanzjali disponibbli biex jonfqu fuq players ġodda fit-twieqi tat-trasferimenti li ġejjin u diġà qed ifasslu short list ta’ miri potenzjali.

Ir-rappreżentanti ta’ Coutinho kellhom taħdidiet mas-sidien il-ġodda ta’ Newcastle aktar kmieni din is-sena, xhur qabel l-ewwel attentat ta’ teħid tagħhom.

Il-player ta’ 29 sena jkun interessat li jerġa’ lura għall-Premier League, erba’ snin wara li ħalla lil Liverpool biex jingħaqad ma’ Barcelona.

Coutinho ġarrab perjodi diffiċli fil-Camp Nou minħabba injury u wara li ma kienx qed jipi utilizzat mill-coach attwali, Ronald Koeman.

Il-Brażiljan, li kien ukoll marbut ma’ clubs bħal Arsenal u Tottenham Hotspur, għamel 96 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha għal Barcelona, ​​fejn skorja 23 goal u pprovda 14-il assist.

Ekonomija

Sport