Nhar Il-Ġimgħa 6 ta’ Ġunju 2025 fit-20:00, waħda mill-aqwa mużiċisti lokali, il-pjanista żagħżugħa Bernice Sammut Attard, settella‘ piano recital ġewwa Palazzo de La Salle fil-Belt Valletta. Il-programm ser ikun jikkonsisti f’xogħlijiet ta’ Beethoven, Brahms, Chopin, Debussy u Kapustin.
Bernice Sammut Attard hija pianista u violinista Maltija li twieldet fl-2000. Bħalissa qiegħda tkompli l-istudji tagħha f’Pariġi fl-École Normale de Musique de Paris taħt il-gwida ta’ Marian Rybicki u Qing Li.
Bernice hija rebbiegħa ta’ bosta kompetizzjonijiet, fosthom il-Malta Eurovision Young Musicians fl-2018. Hija gradwatat b’Master of Arts in Music fl-2023 u Bachelor of Music (First Class Honours) fl-2022 mir-Royal Conservatoire of Scotland, fejn studjat mal- professuri Petras Geniušas, Sinae Lee u Fali Pavri.
Matul is-snin, Bernice daqqet f’pajjiżi bħal Franza, il-Pollakka, il-Ġermanja, il-Belġju, ir- Russja, l-Armenja, l-Italja, il-Portugall, l-Iżvizzera, il-Kazakstan, l-Istati Uniti u r-Renju Unit. Hija daqqet f’postijiet prestiġjużi bħar-Royal Festival Hall f’Londra, Bridgewater Hall u Stoller Hall f’Manchester kif ukoll fit-Teatru Manoel u Dar il-Mediterran għall-Konferenzi f’Malta, u Salle Cortot f’Pariġi. Fil-26 ta’ Frar 2024, Bernice daqqet il-Kunċert Numru 2 ta’ Rachmaninoff mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta taħt id-direzzjoni ta’ Anu Tali.
Bernice ħadmet ma’ diversi orkestri barranin, fosthom, il-Kyiv Virtuosi Orchestra, Sicily Symphony Orchestra, Porto Conservatory Orchestra, North Caucasus Orchestra, Eurasian Symphony Orchestra, Ryazan Symphony Orchestra u l-Astrakhan Symphony of the Astrakhan Opera, taħt id-direzzjoni ta’ Dmitry Yablonsky, Alexei Galea Cavallazzi, Mikhail Kirchhoff, Sergey Oselkov u William Garfield Walker.
Ta’ 16-il sena, Bernice kienet l-ewwel mużiċista Maltija li attendiet l-iskola mużikali prestiġjuża fl-Ingilterra, Chetham’s School of Music. Hemmhekk studjat il-pjanu u l-violin bħala studji prinċipali ma’ Duncan Glenday u Ruth Hahn rispettivament. Bernice bdiet tistudja l-mużika t’età żgħira f’Malta, ma’ Karen Briscoe (pjanu) u Marcelline Agius (vjolin).
Bernice hija appoġġjata mill-BOV Joseph Calleja Foundation, Janatha Stubbs Foundation u l- Ecole Normale de Musique de Paris.
Programm:
- Beethoven – Piano Sonata No. 17 in D minor, Op. 31, No. 2 “Tempest”
- Brahms – Three Intermezzi, Op. 117
- Chopin – Étude Op. 25, No. 1 in A-flat major “Aeolian Harp”
- Debussy – Étude No. 11 “Pour les arpèges composés”
- Kapustin – 8 Concert Etudes, Op. 40: No. 7 “Intermezzo”
Piano Recital minn Bernice Sammut Attard se jsir ġewwa Palazzo de La Salle (219 Triq Ir- Repubblika) fil-Belt Valletta.
Dħul b’xejn. Donazzjonijiet huma apprezzati.
Għar-riżervazzjonijiet, ibgħat email fuq: [email protected] Ringrazzjament speċjali lill-Malta Tourism Authority u l-Malta Society of Arts.