Wednesday, November 27, 2024

Pierluigi Collina: Il-VAR elimina żbalji ovvji iżda ….

Aqra wkoll

Il-kap tar-referees tal-FIFA, Pier­luigi Collina, faħħar lill-VAR talli ‘eliminaw żbalji ċari li jinfluwenzaw riżultat’ u jiddeskrivi approċċi ġodda għall-kalkolu tal-offside, iżda jwissi li qatt ma jista’ jissostitwixxi kompletament l-evalwazzjoni suġġettiva tal-uffiċjal.

It-teknoloġija qed tkompli tqaj­jem kontroversja, b’dawk fl-Italja jsostnu li l-VAR ma tintużax biż­żejjed u fil-Premier League tal-Ingilterra jargumentaw li tintuża wisq.

Fis-Serie A, ir-ringiela riċenti spiċċat tiddefinixxi pożizzjonijiet ta’ offside attivi u passivi, bil-goals ‘imħallsa’ għal Atalanta u Milan fil-logħob tagħhom kontra Roma u Napoli.

“Il-punt tal-VAR ma kienx li jelimina l-kontroversja iżda kien li jelimina żbalji ċari li jinfluwenzaw riżultat u konsegwentement il-progress regolari ta’ logħba. Naħ­seb li dak l-għan intlaħaq,” qal il- leġġendarju referee.

“Fl-aħħar mill-aħħar huwa r-re­feree li jiddeċiedi jekk pożizzjoni ta’ offside hijiex attiva jew passiva. Kull ma jista’ jagħmel il-VAR hu li javżah għall-offside possibbli.

“L-interpretazzjoni hija parti mir-regoli, għalhekk għalkemm is-sitwazzjonijiet jistgħu jkunu simili, l-ebda tnejn qatt m’huma se jkunu identiċi. Sempliċement irridu naċċettaw li se jkun hemm fehmiet differenti ta’ sitwazzjoni. It-teknoloġija tgħin, iżda qatt ma tista ‘tissostitwixxi l-element uman.

“L-istess bil-handball, issuġ­ġe­rejna li hija penali meta d-driegħ     titla’ fuq l-ispalla, imma rrealiz­zajna li mhux bilfors. Referee jrid jerġa’ jara s-sitwazzjoni u l-interpretaz­zjoni tiegħu hija deċiżiva.”

Collina tenna r-rapport reċenti li l-FIFA qed tesperimenta twissija awtomatika ta’ offside biex tħaffef il-proċess li l-VAR jiġġudika pożizzjoni, li tista’ tkun fis-seħħ għat-Tazza tad-Dinja tal-2022.

Madankollu, dan ma jagħmel xejn biex isolvi d-dibattitu li għaddej fl-Ingilterra dwar x’jikkostit­wixxi offside, hekk kif nhar it-Tlie­ta fil-Premier, Tottenham Hotspur ta’ Antonio Conte raw il-goal ta’ Harry Kane imħassar għall-aktar deċiżjoni stretta ta’ offside fid-draw ta’ 1-1 kontra Southampton.

Player  ikun f’pożizzjoni ta’  offside ma’ kwalun­kwe parti tal-ġisem li jista’ jiskorja goal legalment magħha, inkluża l-ispalla, li wassal għal sejħiet simili hekk imsejħa armpit offside.

“Se jkun hemm 10-12-il kamera li jiċċekkjaw 29 punt fuq il-ġisem ta’ player, 50 darba kull sekonda, u software li janalizza d-data f’ħin reali biex jikkalkula l-mument perfett li jintlagħab il-ballun u l-pożizzjoni ta’ diversi players,” kompla Collina.

“Dan jinkludi wkoll il-grids biex il-pożizzjoni ta’ offside tkun ċara. Dan jintbagħat lill-VAR, li mbagħad jista’ fi ftit sekondi jinforma lir-referee f’każ ta’ offside oġġettiv. Żgur li se jkun ħafna aktar mgħaġġel milli hu llum.”

Meta xi wħud jissuġġerixxu li jkun aħjar li titneħħa l-VAR għal kollox, Collina – ġeneralment meq­jus bħala l-aqwa referee ta‘ kull żmien – huwa mħasseb għal kollox bl-idea.

“Kieku nista’ mmur lura fiż-żmien u nerġa’ nirreffja, nixtieq nagħ­mel dan bil-VAR. Ħafna re­ferees tilfu opportunitajiet importanti biex jikkoreġu żbalji li kienu jieħdu biss ftit sekondi biex jissolvew. Għaliex iċċedi qalbek fuq xibka ta‘ sikurezza daqshekk importanti? Ma jagħmilx sens.

“Dak li għandna nagħmlu hu li nippruvaw ħafna biex nevitaw il-ħtieġa tat-teknoloġija. Ir-refe­rees jistudjaw, jitħarrġu, jafu t-timijiet u l-players li qed jittrattaw magħ­hom. Dan kollu jgħinhom jagħ­mlu inqas żbalji, iżda peress li ħadd mhu infallibbli, nistgħu nsejħu lill-VAR jekk ikun hemm bżonn. Imma dan jiġri wara, mhux qabel.”

Sport