Monday, September 23, 2024

Piero Hincapie attirat minn Liverpool

Aqra wkoll

Id-difensur ċentrali mill-Ekwador Piero Hincapie laqat l-għajn ta’ Liverpool hekk kif f’dawn l-aħħar għaxart ijiem tas-suq tat-trasferimenti tas-sajf se jippruvaw imorru għalih u eventwalment jakkwistawh. Dan il-plejer jilgħab ma’ Bayer Leverkusen u kellu sehem fil-kampjonat eċċezzjonali li kellhom dawn tal-aħħar meta kien surmast fid-difiża. Hu għandu 22 sena u l-kowċ tar-Reds Arne Slot jixtiequ parti mid-difiża għal dan l-istaġun.

Minkejja kollox, ir-Reds iridu joqogħdu attenti mill-konkorrenza ta’ Atletico Madrid li wkoll qed ifittxu difensur.

Sport