Saturday, October 12, 2024

Pierre-Emerick Aubameyang msawwat u misruq f’daru

Aqra wkoll

Qed jiġi rrappurtat li  l-attakkant ta’ Barcelona, Pierre-Emerick Aubameyang, safa vittma ta’ serqa vjolenti fid-dar tiegħu fil-belt Spanjola fis-sigħat bikrin tat-Tnejn filgħodu – b’diversi rġiel armati jidħlu u jsawwtuh.

Il-media Spanjola qed tirrapporta li mill-inqas erba’ rġiel telgħu fil-ġnien tiegħu u heddewh b’armi tan-nar u vireg tal-ħadid – bil-ħallelin jaħarbu bil-ġojjelli wara li kisbu aċċess għas-safe tal-player.

Mhux l-ewwel darba li players ta’ Barcelona sfaw vittmi ta’ serq, bil-kollega ta’ Aubameyang, Robert Lewandowski, insteraqlu arloġġ li jiswa £59,000 barra l-ground tat-taħriġ tal-club ftit tal-jiem ilu qabel ma ħalla lill-Katalani biex ingħaqad ma’ Barcelona. Iżda fortunatament ingħatalu lura bl-intervent tal-pulizija.

Sport