Id-disperazzjoni ta’ Manchester United tkompli tikber hekk kif issa qed jiġi rappurtat li jinsabu nteressati fis-servizzi tal-attakant internazzjonali ta’ Gabon u ta’ Barcelona, Pierre-Emerick Aubameyang.
Jidher li kull club qed jagħlaq il-bibien lir-Red Devils hekk kif il-kampanja fis-suq tat-trasferiment hija meqjusa bħala falliment kbir.
Iżda dan il-player ta’ 33 sena sostna li ma jridx iħalli n-Nou Camp hekk kif Chelsea wrew interess fil-firma tiegħu li kienet terġa’ tgħaqqdu mal-coach Thomas Tuchel li ħadmu flimkien fit-team ta’ Borussia Dortmund.