L-eks-Chairman tal-kumpanija tal-midja tal-Partit Nazzjonalista, Pierre Portelli ċaħad kategorikament dak li ftit tal-minuti ilu għadu kemm intqal minn Keith Schembri fil-Qorti, li allega li Pierre Portelli kien imur jiġbor il-flus b’mod regolari mingħand Yorgen Fenech.
Portelli qal li l-ġimgħa li għaddiet ħa affidavit biex jippreżentah lill-Pulizija jekk jitolbuh jagħmel dikjarazzjoni.