Saturday, October 26, 2024

Pietá Hotspurs jiffirmaw lill-goalkeeper Niġerjan, Dele Sunday Alampasu

Aqra wkoll

Pietá Hotspurs assiguraw is-servizzi tal-goalkeeper Niġerjan, Dele Sunday Alampasu.

Alampasu ta’ 25 sena kien beda l-karriera tiegħu fin-Niġerja u lagħab għall-Football College Academy u l-Abuja College qabel ma mar il-Portugall biex jingħaqad ma’ Estoril. Huwa kellu perjodi ma’ Feirense u Cesarense qabel ingħaqad ma’ Ventspils fil-Latvja qabel ingħaqad ma’ FS Jelgava.

Il-Hotspurs li ħatru lil Rodney Bugeja bħala l-coach il-ġdid tagħhom u lil Joseph Farrugia bħala l-assistent tiegħu, qabel kienu ffirmaw lil Gabriel Xuereb, lill-midfielder offensiv Belġjan Ange Aboa Belibi u lill-attakkant Ġappuniż Takuma Yamaguchi.

Sport