Zebbug R……………0
Pietá H……………….1
Pietá Hotspurs kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu lil Zebbug Rangers bl-iskor minimu ta’ 1-0, bil-goal uniku għalihom jasal minn Amadou Camara fil-71 minuta.
Kienu l-Hotspurs li ħarġu fuq l-offensiva u wara biss ħames minuti tilfu ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor meta Amadu Latif irċieva through pass mingħand Abraham Ojo, dar mal-goalkeeper ta’ Zebbug Jamie Azzopardi iżda t-tentattiv tiegħu ġie salvat minn fuq il-linja fatali minn Shaun Bugeja.
Mal-kwarta logħob, Takuma Yamaguchi ttanta xortih pemezz ta’ freekick mid-distanza iżda Jamie Azzopardi kien attent u salva tajjeb.
Pieta komplew fuq l-offensiva u mumenti biss wara Clintin Bangura kellu xutt insidjuż minn tarf il-kaxxa li għadda ftit barra.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Zebbug Rangers, ħarġu ferm aggressivi u fil-50 minuya Charles Lokoli avvanza tajjeb fil-kaxxa iżda t-tentattiv tiegħu ġie mblukkat mill-goalkeeper ta’ Pietá, Sunday Alampasu.
Fis-60 minuta Yamaguchi kellu freekick mill-viċin salvat tajjeb minn Jamie Azzopardi.
Dan kien il-preludju għall-goal tar-rebħa li wasal fil-71 minuta għall-Hotspurs meta minn freekick ta’ Wismayer, Ganiu Ogungbe b’daqqa ta’ ras għadda l-ballun lejn is-sostitut Amadou Camara li kien ilu biss tliet minuti fil-ground, u li kien fil-post it-tajjeb fil-mument opportun u minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa.
Minuta biss wara, Pietá qalgħu daqqa ta’ ħarta hekk kif spiċċaw jilagħbu b’10 players, wara li tkeċċa għalihom il-player Ġappuniż, Takuma Yamaguchi, wara li rċieva żewġ karti sofor fil-partita.
Zebbug R.: 1-Jamie Azzopardi, 3-Shaun Bugeja, 4-Leandro Almeida, 7-Yanis Tonna (19-Glen Mifsud 78), 10-Stefan Jankovic, 11-Charles Lokoli, 15-Roberto Sanchez (5-Travis Bartolo 39), 16-Randall Vella (6-Wilker Santos 78), 18-Almir Maldonado (22-Gaetano Gesualdi 78), 21-Stanimir Miloskovic, 23-Kurt Bondin (8-Ayrton Mizzi 59) Coach: Brian Spiteri
Pietá H.: 12-Dele Sunday Alampasu, 2-Samuel Okoh, 3-Clinton Bangura, 5-Temitope Ojo, 7-Jake Ghio (95-Kian Leonardi 84), 8-Terence Agius (6-Daniel Zerafa 79), 9-Abedel Latif (77-Amadou Camara 67), 11-Alan David Schembri Wismayer, 22-Zean Leonardi, 24-Ganiu Ogungbe, 99-Takuma Yamaguchi Coach: Rodney Bugeja
Referee Ezekiel Barbara
Ass. Referees: James Muscat, Kurt Saliba
Raba’ Uffiċjal: Slobodan Petrovic
Skorers: A. Camara 71 (P)
Tkeċċa: T. Yamaguchi 72 (P)
Ammoniti: S. Bugeja A. Maldonado, K. Bondin, J. Azzopardi, R. Vella (Z), G. Ogungbe, T. Yamaguchi (2) (P)
Player tal-Logħba: Temitope Ojo (P)