Sunday, November 10, 2024

Pilloli ecstasy misjuba fuq żagħżugħ fil-ħin li kien ipparkjat ħażin

Aqra wkoll

Il-Qorti semgħet kif il-Pulizija sabet disa’ pilloli ecstasy fuq żagħżugħ li l-Ħamis li għadda pparkja l-karozza tiegħu ħażin f’San Ġiljan. 

Abdul Rahim Bashar ta’ 21 sena mil-Libja iżda mingħajr indirizz fiss f’pajjiżna kien mixli bil-pussess tad-droga li nstabet f’ċirkostanzi li juru li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu. 

Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9.15 a.m. meta uffiċjali tal-pulizija tal-komunità lemħu karozzja pparkjata b’mod illegali fi Triq Dragonara. Meta l-pulizija avviċinaw il-vettura, innutaw persuna fiha li kien qed jaġixxi b’mod suspettuż. Minn tfittxija li saret fuqu nstabu disa’ pilloli ecstasy. 

Iż-żagħżugħ tressaq il-Qorti fejn wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu iżda nżamm arrestat. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Brian Xuereb. L-Avukat Rene Darmanin deher għall-imputat.

Sport