Thursday, March 26, 2026

Pinta Inbid fil-Ġnien 

Aqra wkoll

Nhar is-Sibt 4 ta’ April, is-Segretarjat Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi ser ikun qed jorganizza attività mimlija divertiment bl-isem “Pinta Inbid fil-Ġnien”, li se ssir fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali. Dan l-avveniment se joffri atmosfera rilassanti f’ambjent sabiħ biex wieħed iqatta’ ħin ta’ kwalità mal-familja u l-ħbieb.

Matul l-attività se jkun hemm mużika live minn Ozzy Lino & Band, li se joħolqu ambjent u atmosfera’ mill-isbaħ b’repertorju varjat li jogħġob lil kulħadd. Barra minn hekk, il-viżitaturi se jkollhom l-opportunità jduqu għażla wiesgħa ta’ inbejjed, flimkien ma’ platters tal-ġobon delizzjużi li jikkumplimentaw perfettament l-esperjenza tal-inbid, kif ukoll stalls ohrajn ta’ ikel varjat ieħor.

Din l-attività hija mfassla biex tkun adattata għall-familja kollha, fejn apparti l-inbid, l-ikel u l-mużika, se jkun hemm ukoll logħob u attivitajiet għat-tfal, sabiex anke l-iżgħar membri tal-familja jkunu jistgħu jgawdu lejla mimlija ferħ u divertiment.

Titlifx din l-opportunità biex tgawdi lejla differenti f’ambjent sabiħ, b’ikel tajjeb, xorb fin u divertiment għal kulħadd.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport