Friday, September 13, 2024

Piotr Zielinski se jiddebutta ma’ Inter

Aqra wkoll

Wasal il-mument tal-midfielder difensiv Pollakk, Piotr Zielinski, ma’ Inter hekk kif il-kowċ Simone Inzaghi lest li jtih id-debutt sa mill-ewwel minuta fil-logħba li għandhom in-Nerazzurri kontra Monza. Wara li kellu problema fil-muskolu ta’ siequ l-leminija, l-eks plejer ta’ Napoli għadu ma lagħabx minuta waħda fis-serie A u issa se jasal il-mument tiegħu.

Inzaghi se jkollu jagħmel rotazzjoni hekk kif Inter se jilagħbu wkoll logħbiet viċin xulxin kontra Manchester City u AC Milan.

Zielinski lagħab mat-tim nazzjonali Pollakk fil-logħbiet kontra l-Iskozja u l-Kroazja fil-UEFA Nations League.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport