L-eks difensur internazzjonali Spanjol Gerard Pique se jkun mgħajjat quddiem it-tribunal Spanjol nhar l-14 ta’ Marzu li ġej sabiex jinstema’ l-każ tiegħu fejn flimkien ma’ oħrajn kellu rwol intermedjarju f’kuntratt stipulat mill-Federazzjoni tal-Futbol Spanjola għall-organizzazzjoni tas-Super Cup Spanjola f’pajjiż Ażjatiku.
L-imħallef li qed tisma’ dan il-każ Delia Rodrigo trid tisma’ mhux biss lil Pique iżda wkoll lill-eks president tal-RFEF Luis Rubiales dwar xi transazzjonijiet li saru f’Mejju li għadda li minnhom qed jiġi allegat li ż-żewġ persuni in kwistjoni ħadu madwar €4miljun f’kummissjoni jew qligħ illegali.